Gozo Diocese commemorates 150th anniversary with Concelebrated Mass

Email item Email item Print item Print item

Gozo Diocese commemorates 150th anniversary with Concelebrated MassThe Gozo Diocese celebrated the one hundred and fiftieth anniversary of its establishment on Tuesday, the 16th of September, with a Concelebrated Mass of Thanksgiving at the Cathedral, led by the Bishop of Gozo, Mgr Mario Grech.

With the Bishop were Mons. Aldo Cavalli, Apostolic Nuncio to Malta, Mons. Paul Cremona OP, Archbishop of Malta, as well as Mons. George Antonysamy, the new Archbishop of Madras-Mylapore in India, and Fr George Antonysamy, Archbishop in India, who is currently on a visit to Malta.

A Synthesis of the homily in Maltese is shown below:

Bi mhabba singulari Alla habb din il-gzira meta mija u hamsin (150) sena ilu, permezz tal-Papa Piju IX, waqqaf din id-Djocesi. Dakinhar Alla waqqaf it-tinda tieghu fuq din il-gzira fejn il-bniedem seta’ jiltaqa’ mieghu, kemm mal-Kelma midmuma fil-Kotba Mqaddsa u kemm mal-Kelma li fil-milja taz-zmien saret bniedem – Gesù Kristu.

Matul dawn il-mija u hamsin sena, id-Djocesi tat hafna lil Ghawdex – fil-kamp edukattiv, socjali, sanitarju, kulturali u filantropiku. Imma dan kollu huwa sekondarju meta mqabbel mas-sejha u l-missjoni principali tal-Knisja: li xxandar il-Vangelu, li tlaqqa’ lill-bniedem ma’ Kristu, li twiegeb ghall-aspirazzjonijiet spiritwali u umani tal-bniedem. Hawn mhux qed nghid l-ovvju, ghax b’umiltà rridu nammettu li mhux dejjem hadna hsieb niffukaw fuq dak li huwa l-qalba tal-missjoni tal-Knisja!

Matul dawn il-mija u hamsin sena kienet il-Kelma ta’ Alla li serviet ta’ bastun biex hafna setghu jimxu t-triq tal-hajja. Matul dawn is-snin il-Kelma ta’ Alla ssawbet bhal balzmu fuq il-gerhat ta’ hafna. Kienet il-Kelma ta’ Alla li tat il-qawwa lil ghadd kbir ta’ familji biex ma jaqtghux qalbhom mill-hajja u jibqghu maghqudin. Kienet din il-Kelma li sahhret mijiet ta’ zghazagh ghas-sacerdozju u l-hajja religjuza – bizzejjed insemmi li kienu zewg Ghawdxin ulied din il-Knisja li waqqfu zewg istituti ta’ hajja religjuza: is-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesù u s-Sorijiet Dumnikani. Kien il-Vangelu li qanqal f’diversi ispirazzjonijiet ta’ tant progetti socjali u kulturali. Misjuqa minn din il-Kelma, xi whud waqqfu monumenti kbar tal-karità bhalma kienu d-djar tat-tfal u l-Arka. Dawn kienu r-rikkezzi tal-Knisja f’Ghawdex tul dawn il-mija u hamsin sena! Quddiem dan kollu, inhoss li ghandi nesprimi l-gratitudni tieghi lejn il-predecessuri tieghi u lejn dawk kollha li kienu membri ta’ din il-Knisja, li ghaddewlna dan il-patrimonju spiritwali hekk kbir.

Imma jekk irridu l-passat ikun garanzija ghall-futur, jekk irridu nibnu l-hitan imgarrfa tal-belt u ta’ “Gerusalemm” tal-lum, jekk irridu naghtu toghma lil dak li tilef it-toghma, irridu nahdmu biex ikollna Knisja li tisma’. Ghandna bzonn li naghmlu mill-Knisja santwarju tal-Kelma fejn ilkoll nistghu niltaqghu biex nisimghuha. Forsi fl-imghoddi, anki fil-passat ricenti, konna aktar attivisti (doers) milli kontemplattivi. Ma neskludix li gieli tant sirna familjari mal-Kelma ta’ Alla li facli niehdu kunfidenza maghha.

Hemm il-probabbiltà li bhala Knisja widnejna nghalqu u sirna torox ghall-Kelma ta’ Alla. Xi drabi c-certezza li ahna nafu kollox ma tqanqalniex biex nifthu widnejna biex nisimghu. Fil-Knisja nara diversi sinjali li jistghu jindikaw li ahna torox: meta ma nibqghux nikkomunikaw ma’ ta’ madwarna; meta nirtiraw mill-pjazza u ninqatghu mill-ohrajn; meta nibzghu niddjalogaw jew inkunu selettivi ma’ min niddjalogaw; meta ma nsibu xejn pozittiv x’nghidu fuq sitwazzjonijiet godda; meta nibdew nikkundannaw u naghmlu l-gudizzji fuq l-ohrajn. Fuq kollox ahna Knisja truxa meta ma nibqghux Knisja profetika.

Ix-xewqa tieghi hija li jkollna Knisja li taghti aktar prijorità lill-Kelma salvifika ta’ Alla. Ghalhekk nara li rridu ninvestu aktar fil-katekezi, partikularment tal-kbar. Jiddispjacini li hemm diversi li jistghu jmiddu ghonqhom ghal din il-hidma imma jippreferu jibqghu b’idejhom marbuta. Irridu nahdmu biex l-Ewkaristija, specjalment dik tal-Hadd, tkun verament celebrazzjoni li tirrakkonta l-istorja tal-imhabba ta’ Alla ghalina. Fuq kollox, ilkoll ghandna bzonn nitolbu aktar u ahjar. Dan kollu jghodd ghal kulhadd: ghalija Isqof, ghas-sacerdoti, ghar-religjuzi u ghal-lajci. Imma din ix-xorta ta’ hidma pastorali tfisser li rridu naghmlu konverzjoni pastorali – nara l-htiega urgenti li bhala Knisja nadottaw il-pastorali taghna biex jintlahqu dawn l-ghanijiet. Jekk nittraskuraw it-talb u l-Ewkaristija, il-hajja spiritwali taghna tnin. Certi zbalji fil-hajja taghna jixhdu li ghandna hajja spiritwali fqira. Jekk ma nistinkawx biex inkunu Knisja spiritwali, inkunu naghtu ragun lil min jghid li l-Knisja hija istituzzjoni ta’ poter jew li ghandha xi agenda politika! L-agenda tal-Knisja hija wahda: dik digà mfassla mill-Vangelu!

Il-Knisja trid tkun ukoll Knisja li tisma’ l-karba tal-bniedem. Suppost it-tama u l-hena, in-niket u t-thassib tal-bniedem, partikularment tal-fqir, huma t-tama u l-hena, in-niket u t-thassib tad-dixxipli ta’ Kristu (ara Gaudium et Spes, 1). Dan ifisser li l-Knisja trid tkun qrib il-bniedem bil-problema, li huwa fi krizi, li hu fid-dnub. Jekk inzommu ‘l boghod mill-bniedem, nirriskjaw li l-predikazzjoni taghna ma tkunx relevanti. Ma hemm ebda realtà umana, mgharrqa kemm tkun mgharrqa, li ma tistax tiddawwal mill-Kelma tal-Vangelu. Li ahna nkunu diffidenti minn dak kollu li huwa tad-dinja, mhux atteggjament Nisrani. Anzi, hemm hafna x’nitghallmu mid-dinja.

Il-Knisja wkoll jehtigilha tisma’ lil Kristu jghid fuqha l-ordni li ta lir-ragel trux: “Effeta!”. Fi kliem Sant’Ambrog hawnhekk ghandna l-misteru tal-ftuh. Il-Knisja li tisma’ l-Kelma u lill-bniedem ma tistax tibqa’ bil-bibien taghha maghluqa, imma thossha mbuttata biex tohrog fit-toroq u tfittex lil dawk li jinsabu fil-periferija ezistenzjali, socjali u spiritwali. Knisja “miftuha” hija Knisja missjunarja, u kemm nixtieq li din id-dimensjoni ma tigix nieqsa mill-Knisja taghna! Fuq kollox, mhezza mill-Kelma, il-Knisja trid taghmel il-karità – anzi, il-karità hija t-triq ipprivileggjata biex it-thabbira tal-Kelma tkun kredibbli.

Ghalhekk it-talba li naghmel ghal din il-Knisja f’din l-okkazjoni hija t-talba li Salamun jaghmel lil Alla: “Aghtina qalb li tisma'”, ghax jekk inkunu Knisja li tisma’ lil Alla u lill-bnedmin, naslu biex nghinu lil hafna biex iduqu l-imhabba singulari ta’ Alla.

Photograph: DOI/Jeremy Wannacott.

  • Permalink: Gozo Diocese commemorates 150th anniversary with Concelebrated Mass
  • You may also like...

    Leave a Reply

    Your email address will not be published. Required fields are marked *